"Kienet xandara mill-aqwa, bint maħbuba, u omm impekkabbli" | One News

Notifiki

“Kienet xandara mill-aqwa, bint maħbuba, u omm impekkabbli”

Il-preżentatriċi tal-BBC Rachael Bland tilfet ħajjitha wara battalja ta’ sentejn mal-marda tal-kanċer tas-sider. Hija kellha biss 40 sena.

Jiem ilu, il-preżentatriċi kuraġġuża ħabbret fuq Twitter li għad fadlilha jiem biss ħajja, iżda kienet qed tffaċċjahom bl-iktar mod kuraġġuż.

Fl-istess nifs, Bland qalet li l-programm popolari tagħha fuq ir-radju,  You, Me, and the big C, se jibqa’ għaddej anke wara mewtha.

Il-vjaġġ tagħha mal-marda qerrieda kien l-ispirazzjoni għal dan il-programm. Bland rebħet diversi premjijiet għall-blog personali tagħha li kitbet sakemm kienet għaddejja bil-kura tal-kanċer.

Wara mewtha, żewġha Steve, qal li Bland kienet xandara mill-aqwa, bint maħbuba, u omm impekkabbli liċ-ċkejken tagħhom Freddie.

Żied jgħid li l-qraba tagħha jinsabu sodisfatti li l-ħidma tagħha li wettqet tul dal il-vjaġġ wriet lil kull min ibati bil-kanċer li anke waqt żmienijiet diffiċli ta’ kura, il-ħajja tkompli.

Meta ġisimha kien fl-agħar tiegħu minħabba l-marda, il-vuċi tagħha kienet l-iktar b’saħħitha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend