It-tmiem ta' Posh u Becks? | One News

Notifiki

It-tmiem ta’ Posh u Becks?

F’intervista ma’ Vogue, l-istilista Victoria Beckham, magħrufa wkolla bħala Posh Spice, indirizzat l-għidut dwar il-possibiltà ta’ divorzju minn mar-raġel tagħha David Beckham.

Hi ċaħdet għal kollox li kien hemm xi ħsieb li hi u żewġha jinfirdu, dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu kienu bosta siti internazzjonali li rrapportaw li jaf kien hemm ħsieb li dawn itemmu ż-żwieġ tagħhom.

Fl-intervista, Victoria spjegat kif ir-relazzjoni tagħha ma’ żewġha u t-tfal hi waħda b’saħħitha u li s-sigriet tagħhom hu li jaħdmu fuq li jkunu bħala familja magħquda.

Spjegat kif dawn l-għidut huma foloz u kif mhux sew li wieħed jivvinta storja hekk biex ibigħ aktar hekk kif dawn l-għidut jaf iħallu effett ħażin fuq il-persuna msemmija.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend