Il-Pulizija tkisser ċirku ta' serq ta' karozzi | One News

Notifiki

Il-Pulizija tkisser ċirku ta’ serq ta’ karozzi

Jiem ta’ investigazzjonijiet mill- Iskwadra tal-iStolen Vehicle Squad u mill-Pulizija tad-Distrett wasslu sabiex jinkiser ċirku ta’ kriminalità organizzata fejn ġew solvuti diversi każijiet ta’ serq ta’ karozzi u għoddod minn ġewwa vetturi f’ diversi lokalitajiet madwar Malta.

Il-Pulizija mistennija tressaq raġel il-Qorti, akkużat b’diversi reati. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet diġà tressqu żewġ persuni oħra in-konnessjoni ma’ dan is-serq.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend