Il-Gvern bi twissija biex ħadd ma jsiefer lejn il-Libja | One News

Notifiki

Il-Gvern bi twissija biex ħadd ma jsiefer lejn il-Libja

Il-Gvern ħareġ twissija biex ħadd ma jsiefer lejn il-Libja sakemm jingħad mod ieħor. Dan minħabba l-irvellijiet li bħalissa hemm għaddejjin fiż-żona.

Fi tweet fuq Twitter il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela, qal li jekk xi ħadd Malti jixtieq jagħmel kuntatt mal-Ministeru jista’ jċempel fuq 21242191.

Hu temm jgħid billi appella biex jieqfu l-irvellijiet u jibnu futur aħjar għall-pajjiż tagħhom.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend