Identifikati żewġ Russi bħala s-suspettati li vvelenaw lill-eks spija Russu | One News

Notifiki

Identifikati żewġ Russi bħala s-suspettati li vvelenaw lill-eks spija Russu

Żewġ persuni ta’ nazzjonalità Russa ġew identifikati bħala s-suspettati ewlenin li vvelenaw lill-eks spija Russu Sergei Skripal u t-tifla tiegħu Yulia.

Jidher li hemm biżżejjed evidenza biex jakkużaw lil Alexander Petrov u Ruslan Boshirov bl-attakk li seħħ f’Salisbury, dan skont Scotland Yard.

Hu maħsub li ż-żewġ akkużati kienu qed jużaw identità differenti u li għandhom madwar 40 sena.

Skripal ta’ 66 sena u bintu Yulia ta’ 33 sena ġew ivvelenati permezz ta’ kimika msejħa Novichok lura f’Marzu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend