Ħatra oħra fid-djoċesi ta' Għawdex. | One News

Notifiki

Ħatra oħra fid-djoċesi ta’ Għawdex.

Hekk kif il-Ħamis li għadda l-Kurja ta’ Għawdex ħatret lil Dun Ġwann Sultana bħala Arċipriet taż-Żebbuġ, issa, il-Monsinjur Carmelo Refalo ħabbar li Dun Michael Galea ser ikun qed jieħu post l-Arċipriet Sultana fil-komunità ta’ Sant Anton fl-inħawi tal-Qaċċa.

Dun Michael Galea huwa mwieled ix-Xagħra u ġie ordnat bħala saċerdot fl-2006 minn taħt idejn l-Isqof Mario Grech.Lill-Kanoniku Galea ħafna jafuh bħala persuna attiva fil-fondazzjoni Arka, fejn ilu għal dawn l-aħħar snin jokkupa l-kariga ta’ Assistent Direttur tal-istess Fondazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend