Ħames persuni jindarbu f'argument fil-Marsa | One News

Notifiki

Ħames persuni jindarbu f’argument fil-Marsa

Ħames immigranti ndarbu wara li kienu involuti f’argument bejn disa’ persuni fil-Marsa.Il-każ seħħ għall-ħabta tad-20:45 f’Xatt il-Mollijiet fil-Marsa meta għal xi raġuni disa’ immigranti spiċċaw jargumentaw bil-konsegwenza li ħamsa minnhom ndarbu bil-Pulizija tad-Distrett u mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit jirrispondi għar-rapport.

Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi fejn ħadu tnejn minnhom l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa filwaqt li t-tlieta l-oħra ttieħdu fiċ-ċentru tas-saħħa hekk kif ġarrbu ġrieħi ħfief.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend