Għaxar persuni arrestati fil-Belt | One News

Notifiki

Għaxar persuni arrestati fil-Belt

 

Il-Pulizija arrestat għaxar persuni fil-Belt.

Il-każ seħħ ilbieraħ meta l-Pulizija tal-Għassa tal-Belt Valletta, ġew infurmati li fejn il-Bieb tal-Belt Valletta kien hemm xi persuni li kienu qegħdin jilagħbu l-logħob tal-azzard.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn minn s tħarriġ preliminari illi sar, ġew identifikati żewg persuni li allegatament kienu involuti f’d an il-logħob. Minn investigazzjonijiet u tfittxijiet ulterjuri illi saru, ġew identifikati tmien persuni oħra li allegatament kellhom x’jaqsmu f’din l-attività.

Il-persuni hawn fuq imsemmija, li huma kollha ta’ nazzjonalità Rumena ġew arrestati u meħuda fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sa biex jgħinu fl-investigazzjonijiet.

Huma mistennija jitressqu fil-jiem li ġejjien quddiem il-Maġistrat tal-Għassa.

L-investigazzjonijiet għadhom għ addejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend