Delia jtawwal il-proċeduri u ma jinkludix lil Busuttil fost il-lista ta' 23 xhieda | One News

Notifiki

Delia jtawwal il-proċeduri u ma jinkludix lil Busuttil fost il-lista ta’ 23 xhieda

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħalla barra lill-Kap ta’ qablu Simon Busuttil minn lista ta’ xhieda ta’ 23 persuna fil-proċeduri fejn qed jitlob li tiġi ppubblikata l-inkjesta dwar Egrant. Busuttil kien il-perċimes fl-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija li hija ppruvata bil-Qorti. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.

Spjega li huwa ċar li Delia issa qed jagħmel tiegħu l-gidba dwar Egrant u qed jiddefendi din il-gidba mill-bidu sal-aħħar.

 

Il-PL qal li aktar minn hekk, minflok qiegħed jara kif dawn il-proċeduri jimxu b’mod spedit, issa qed jilgħab logħba politika bil-Qorti billi ppreżenta 23 xhud. Dan effettivament jikkonferma li Adrian Delia qed itawwal dawn il-proċeduri.

L-istqarrija tgħid li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista qed jgħix kontradizzjoni wkoll fejn filwaqt li jipprova jintgħoġob mal-fazzjoni li ħolqot din il-gidba, fl-istess ħin quddiem il-Qorti kellu jerġa’ jammetti li l-konklużjonijiet dwar din il-gidba mhux se jinbidlu.

Il-Partit Laburista fakkar li kien il-Prim Ministru stess li talab li ssir inkjesta fuq l-allegazzjonijiet giddieba li saru kontrih u kif ukoll li qed jitlob biex din l-inkjesta tiġi ppubblikata filwaqt li tirrispetta l-privatezza ta’ persuni li ma kienux parti mill-allegazzjonijiet li saru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend