BIL-FILMAT: Xufier l-isptar wara ħabta kerha fl-Imsida | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Xufier l-isptar wara ħabta kerha fl-Imsida

Xufier ta’ taxi ttieħed l-isptar Mater Dei wara ħabta kerha fi Triq Mikiel Anton Vassalli fl-Imsida.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11:45pm tat-Tlieta filgħaxija meta t-taxi tal-għamla Renault Fluence għal xi raġuni ħabtet mal-‘barriers’ li jwasslu għar-roundabout ta’ l-iskatepark fl-Imsida.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier l-isptar Mater Dei. Minn informazzjoni li kiseb One.com.mt minn fuq il-post, jirriżulta li r-raġel qed jiġi trattat għax-xokk qawwi li kellu.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

Aktar informazzjoni malli taslilna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend