Science in the City ta' din is-sena se jżewweġ ix-Xjenza mal-Kultura | One News

Notifiki

Science in the City ta’ din is-sena se jżewweġ ix-Xjenza mal-Kultura

Mouse ġgantesk tal-kompjuter u skultura virtwali bl-isem Of Mice, Carbon u Tritons se jkunu żewġ attrazzjonijiet ewlenin fl-edizzjoni tal-Festival tax-Xjenza li din is-sena se jinfirex mid-daħla tal-Belt sa Pjazza Tritoni.

L-edizzjoni għal din is-sena li se twaħħad l-oqsma tax-xjenza u l-kultura se tinkludi wkoll biċċa xogħol artistika interattiva ispirata mill-ġisem tal-bniedem biex tiċċelebra l-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura.  One News tkellem ma’ Dr Edward Duca, il-Manager tal-Festival li tkellem dwar il-program mimli daqs bajda li se toffri l-edizzjoni ta’ din is-sena bil-fuq minn tletin attivita.

“Ix-xjenza hija parti mill-kultura tagħna għax bidlitilns ħajjitna u qed iċċelebraw Valletta 2018, u b’hekk se jkollna ħafna mużika u żfin. Fi Pjazza Teatru Rjal se jkollna wirja mit-tfal li saret tul is-sena skolastika dwar it-time travel, u għandna prestazzjoni oħra li twaħħad il-matematika mal-mużika jazz”.

Spjega kif dan l-avveniment hu sforz kollaborattiv bejn riċerkaturi, akkademiċi u studenti li flimkien jipprovdu divertiment u tagħlim kreattiv għal nies ta’ kull livell.

Proġett ieħor għal din is-sena għandu l-isem ta’ ‘Jazz and the Golden Ratio’. Cristiana Sebu waħda mill-imħuħ wara l-proġett spjegat ma’ One News kif l-għan wara dan il-proġett huwa biex juru s-sinerġija preżenti bejn il-Matematika u l-Arti:

“It simplifies the cynergy between mathematics and art and music in particular. There are very few people who associate mathematics to beauty, creativity and elegance and these are more or less attributes which are normally associated with arts. But arts and science are usually manifestations of the same things”.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fond għar-Riċerka tal-Università ta’ Malta Wilfred Kenely qal li x-xjenza fil-Belt għandha rwol ewlieni fil-promozzjoni tar-rċierka xjentifika tal-Università.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend