Qraba ta’ Neil ingħaqdu fit-tfittxija – One News

Notifiki

Qraba ta’ Neil ingħaqdu fit-tfittxija

Dawn l-aħħar 24 siegħa kienu iebsin ferm għall-qraba ta’ Neil Zammit, il-ġuvni li nstab mejjet wara li niżel jogħdos f’ Baħar iċ-Ċagħaq iżda dan ma’ qatalgħhomx qalbhom milli jfittxuh lejl u nhar permezz ta’ dinghi tal-familja tagħhom.Tul is-sigħat li one.com.mt qatta jsegwi mill-qrib l-operazzjoni ta’ salvataġġ li wettqu l-Forzi Armati ta’ Malta, ġie nnutat ukoll dinghi li fuqu kien hemm xi membri tal-familja nkluż persuna liebsa lbies tal-għadds.

Hu mifhum li tul is-siegħat li l-patrol boats qattgħu iduru ż-żona, il-familjari daru wkoll kull roqgħa bit-tama li jilmħu liż-żagħżugħ.

Filmati li ġibed ONE News juru lill-qraba deħlin lura biswit il-caravan tagħhom hekk kif instab il-katavru ta’ Neil biex eventwalment jiltaqgħu mal-bqija tal-membri tal-familja f’dan il-mument daqstant diffiċli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend