Ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li serqu tablet – One News

Notifiki

Ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li serqu tablet

Roderick Castillo ta’ 38 sena u Adam Callus ta’ 27 sena, li kienu residenti tad-dar provduta mill-YMCA fl-Imsida, qed jiġu akkużati li fid-29 ta’ Lulju serqu tablet tal-għamla Samsung ta’ resident ieħor. Castillo, li jaħdem bħala xufier, ġie akkużat ukoll li mar kontra l-kundizzjonijiet ta’ ordni ta’ probation li kellu, filwaqt li Callus, li jaħdem bħala waiter, ġie mixli talli kien riċediv.
Minkejja li it-tnejn wieġbu li mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, huma ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest peress li m’għandhomx post fejn joqgħodu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend