Kerala fl-Indja b'allert tas-saħħa wara l-mewt ta' 11-il persuna | One News

Notifiki

Kerala fl-Indja b’allert tas-saħħa wara l-mewt ta’ 11-il persuna

L-istat Indjan ta’ Kerala, li ntlaqat mill-għargħar, iddikjara allert tas-saħħa wara li 11-il persuna mietu kawża tal-marda leptospirosis fl-aħħar jumejn.

Il-gvern talab lil kulħadd li ġie f’kuntatt mal-ilma tal-għargħar sabiex jieħdu l-mediċina bħala miżura ta’ prekawzjoni, u b’hekk tiġi evitata epidemija.Uffiċjali tas-saħħa qalu li ma kien hemm l-ebda kawża immedjata għall-allarm, u s-sitwazzjoni kienet taħt kontroll.

Għargħar kbir qatel madwar erba mitt persuna f’Kerala minn Ġunju ‘l hawn. Iktar minn miljun persuna kellhom jevakwaw darhom, b’ħafna qed jieħdu kenn f’eluf ta’ kampijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend