Jitnieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2018 | One News

Notifiki

Jitnieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2018

Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza fetaħ in-nominazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2018. Il-Ministru Helena Dalli spjegat kif mhux l-unur l-importanti iżda li jkun hemm rikonoxximent lejn ix-xogħol li jsir.

“Dan huwa premju li ilu s-snin jsir. Huwa rikonoxximent lejn il-ħaddiema u lejn l-employers li huma eżemplari. Huwa premju li jġib ħafna għaqda bejn il-ħaddiema għax flimkien iridu jaqblu li jinominaw lil xi ħadd u naħseb li fuq il-post tax-xogħol jagħmel ħafna ġid”.Is-Sur Daniel Attard spjega kif din is-sena hemm seba’ kategoriji differenti jinkludu l-ħaddiem mudell tas-sena, it-tim tas-sena, il-maniġer tas-sena u l-imgħallem tas-sena. Dan flimkien ma’ żewġ kategori introdotti s-sena li għaddiem li huma l-aktar kumpanija li toffri miżuri favur il-familja lill-ħaddiema  kif ukoll l-aktar kumpanija li tħaddan ugwaljanza fuq il post tax-xogħol u l-premju ħaddiem tas-sena.

“Hemm seba’ kategoriji li jistħgu jinnominaw persuni għalihom fosthom kategoriji li introduċejna s-sena l-oħra li jipremjaw dawk l-employers li jippromovu l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol kif ukoll dawk li joffru miżuri ta’ bilanċ bejn il-familja u x-xogħol. Hemm ukoll il-premju prinċipali: il-premju ħaddiem tas-sena 2018”.

Intant, il-Ministru Helena Dalli spjegat kif dawn il-premijiet isiru bil-għan li jżidu l-potenzjal fuq il-post tax-xogħol filwaqt li jtejbu l-kundizzjonijiet preżenti biex ikunu ġusti mal-ħaddiema.

Għal dawn il-premijiet jistgħu jiġu nominati ħaddiema, min iħaddem, entitajiet jew kumpaniji fis-settur pubbliku u privat. L-applikazzjonijiet jinsabu online fuq is-sit tal-istess Ministeru jew fuq Facebook.In-nominazzjonijiet se jibqgħu miftuħa sal-4 ta’ Ottubru filwaqt li r-rebbieħa jitħabbru fis-serata finali nhar it-30 ta’ Novembru.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend