Jitma' liż-żiemel biex jiħdol jisraq minn stalla f'Marsaxlokk | One News

Notifiki

Jitma’ liż-żiemel biex jiħdol jisraq minn stalla f’Marsaxlokk

Raymond Galea ta’ 53 sena minn Marsaxlokk ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiżi għall-erba’ snin wara li fil-qorti nstab ħati ta’ serq aggravat ta’ oġġetti relatati mad-delizzju taż-żwiemel li jinkludu xarretta kif ukoll “harnesses”. Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn is-16 u s-17 ta’ Jannar tal-2008 meta Galea sgassa l-bieb ta’ stalla li tinsab fi Triq it-Torri f’Marsaxlokk.Minkejja li l-imputat ċaħad l-akkużi kontrih, jidher li l-pulizija waslet għal Raymond Galea wara li fl-imsemmi stalla intabet marka ta’ subgħa li qablet ma’ dik tal-akkużat. Is-serqa mill-istalla tant kienet ippjanata, li saħansitra, Galea ħa miegħu xi ftit tiben sabiex jitma liż-żiemel li kien fl-istalla ħalli b’hekk dan ma jagħmilx ħsejjes u ma jisfrattax- u fl-istess waqt huwa seta’ jisraq l-oġġetti mingħajr ebda xkiel- liema valur laħħaq total ta’ €3,000.

Il-Qorti tal-Appell Kriminal ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera illiberat lil Raymond Galea mill-akkuża li kien riċediv madankollu, hija sabitu ħati ta’ serq aggravat u għalhekk minn sentenza ta’ 30 xahar ħabs hija naqset il-piena u għalhekk ikkundannatu sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal erba’ snin.  Għall-imputat dehru l-avukati Dr Franco Debono u Dr Amadeus Cachia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend