Jinstab mejjet il-ġuvni li għeb waqt li kien qed jogħdos f’Baħar iċ-Ċagħaq – One News

Notifiki

Jinstab mejjet il-ġuvni li għeb waqt li kien qed jogħdos f’Baħar iċ-Ċagħaq

Kwazi 24 siegħa wara li għeb waqt li kien qed jogħdos ma’ sieħbu, l-għaddasa tal-Forzi Armati ta’ Malta sabu l-katavru ta’ Neil Zammit.

Kollox beda meta Żammit niżel jogħdos bin-nifs flimkien ma’ sieħbu Dieter Cassar biex jiprattikaw l-isport tal-isnorkeling – Sport li mill-filmati li Neil itellà fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu hu evidenti li hu ntiż sew fih.

Hu mifhum li ż-żewġt żgħażagħ niżlu jgħoddsu għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar biex imbgħad hekk kif Cassar tela lura u ra’ li Neil ma rritornax f’wiċċ il-baħar bħall m’għamlu dejjem, deherlu li kien hemm xi ħaġa ħażina u talab għall-assistenza.

Kien propju hawn li skattat tfittxija intensiva mill-Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ helikopter, xi laneċ u dinghi mis-Sezzjoni Marittima.

Sa nżul ix-xemx, ġiet ikkordinata missjoni elaborata bejn uffiċjali tas-salvataġġ u bugħaddasa mis-sezzjoni tal-EOD biex imbgħad, tul il-lejl ġiet intensifikata t-tfittxija permezz tal-helikopters.

Sorsi fuq il-post qalu ma’ ONE News li kienu għall-ħabta tat-20:00 li nkiser is-silenzju bl-ewwel ħelikopter jasal fiż-żona. Miegħu nġabru wkoll għadd ta’ Pulizija, tim mediku u xi qraba ta’ Żammit bit-tama li jieħdu xi aħbar pożittiva.

Biex imbgħad il-helikopter tal-Forzi Armati għamel diversi siegħat idur ż-żona tal-baħar tul l-ewwel parti ta’ Triq il-Kosta fejn minħabba diffikultajiet fil-viżibilità minħabba d-dlam deher jittajjar fil-baxx ħafna bit-tama li jintlemaħ iż-żgħażugħ.

Hekk kif telgħet ix-xemx, minn kmieni filgħodu kompliet it-tfittxija permezz tal-helikoper u l-laneċ  li deheru jduru bosta żoni differenti fl-akwata ta’ fejn deher l-aħħar iż-żgħażugħ.

Minkejja li t-tfittxija mill-ajru ma’ qatgħet xejn, iktar tard tul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, ġiet sospiża temporanjament it-tfittxija permezz tal-baħar hekk kif hu mifhum li ntlemħet ħuta kbira li setgħet kienet ta’ periklu għall-uffiċjali tas-salvataġġ.

Iżjed tard waqt li l-crew ta’ ONE News kien qed isegwi l-operazzjoni mill-qrib innota l-ħelikopter jittajjar fil-baxx biex imbgħad ftit wara l-Uffiċjal tas-Salvataġġ deher jixxabbat għall-fuq l-art ta’ mal-kosta.

Hu mifhum li f’dan il-punt, l-ekwipaġġ lemaħ oġġett mal-blat li seta kien ta’ għajnuna fit-tfittxijiet tagħhom. Minkejja li jidher li l-uffiċjal tella xi ħaġa lura miegħu, ma kien hemm l-ebda sinjal li din kienet relatatà ma’ Żammit.
Tard wara nofsinhar kompliet it-tfittxija permezz tal-bugħaddasa tal-Forzi Armati fejn hu mifhum li ngħaqad magħhom l-espert tal-għadds, il-Brigadier Jeffrey Curmi.
Ara wkoll:

Identifikat il-ġuvni li ntilef waqt li kien qed jgħodds – Tissokta t-tfittxija f’Baħar iċ-Ċagħaq

Bil-Filmat: Tkompli t-tfittxija għal Neil Zammit f’Baħar iċ-Ċagħaq

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend