Inawgurat it-tielet impjant tan-New Water | One News

Notifiki

Inawgurat it-tielet impjant tan-New Water

Il-korporazzjoni tal-ilma inawgurat it-tielet impjant f’pajjiżna li jibdel ilma mid-drenaġġ għal ilma tajjeb għall-irrigazzjoni tal-għelieqi.

Permezz ta’ dan il-proġett mal-ħames mija u ħamsa u tmenin bidwi fin-naħa t’isfel ta’ Malta se jkunu jistgħu jpoġġu fis-suq,  prodott ta’ kwalita tajba u li jiddistingwi ruħu fil-kwalita u fis sostenibiltà tal-ilma wżat. L-impjant f‘Ta’Barkat fil-limiti tax-Xgħajra mistenni jipproduċi madwar seba’ biljun litru ta’ ilma fis-sena biex jintuża mill-bdiewa tal-madwar. Il-kap eżekuttiv tal-korporazzjoni tal-ilma, Richard Bilokka saħaq fuq l-importanza li n-nies joqgħodu attenti x’jintefa fid-drenaċċ hekk kif dan l-istess ilma wara li jgħaddi mill-impjant qed ikun utli ħafna għal bdiewa tal-akwati.  Dan filwaqt li dan il-proġett iżid is-sostennibiltá tal-konsum tal-ilma f’pajjiżna.

 

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, Joe Mizzi saħaq kif din hija wiegħda oħra mwettqa ta’ gvern laburista li se tkompli tnaqqas il-konsum tal-ilma mill-pjan.  Dan filwaqt li dan il-proġett huwa parti mill-pjan li l-gvern għandu għas-sostenibbiltá fil-qasam tal-ilma f’pajjiżna.

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-agrikoltura sajd u drittijiet tal-annimali Clint Camilleri saħaq kif wara li l-impjanti tal-Mellieħa u t’Għawdex intlaqgħu tajjeb mill-bdiewa tal-akwati issa l-bdiewa tal-inħawi tar-Rinella fil-Kalkara se jkunu trattati bl-istess mod.

Is-Segretarju Parlamentari għall-fondi ewropej, Aaron farrugia, b’filmat għall-inawgurazzjoni tenna li dan il-proġett sar b’investiment t’erbatax-il miljun ewro ta’ fondi ewropej.  Dan hekk kif il-bini tal-impjanti sar bl-investiment t’għoxrin miljun ewro filwaqt li għoxrin miljun ewro oħra intefqu sabiex dan l-ilma ikun jista’ jitwassal lill-bdiewa tal-madwar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend