Aġġornat: il-plejers tat-tim Nazzjonali lura Malta "problemi tekniċi" fuq l-ajruplan | One News

Notifiki

Aġġornat: il-plejers tat-tim Nazzjonali lura Malta “problemi tekniċi” fuq l-ajruplan

Titjira tal-linja tal-ajru Maleth-Aero kellha titħassar waqt li l-ajruplan li kien sejjer l-ajruport ta’ Faroe Islands kellu jerġa’ lura lejn l-ajruport ta’ Malta minħabba dawk li ġew imfissra bħala problemi tekniċi.One.com.mt jinsab informat li fuq l-ajruplan kien hemm il-plejers u l-kontinġent tat-tim nazzjonali Malti li reġgħu niżlu fl-ajruport kwarta wara t-tluq tat-titjira minn Malta.Sorsi qalu li l-ajruplan għamel inżul b’mod normali u fl-ebda ħin ma kien hemm periklu għall-passiġġieri.

Issa jidher li l-plejers se jitilqu minn Malta għada għall-ħabta tal-10:00

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend