Il-Gvern tal-Brażil se jieħu fondi mill-banek biex jibni l-Mużew Nazzjonali mill-ġdid | One News

Notifiki

Il-Gvern tal-Brażil se jieħu fondi mill-banek biex jibni l-Mużew Nazzjonali mill-ġdid

Il-President Brażiljan Michel Temer qal li l-gvern qed ifittex fondi minn kumpaniji u banek sabiex jgħinu fil-bini mill-ġdid tal-Mużew Nazzjonali f’Rio de Janeiro, wara li nqered fin-nirien.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni qal li l-pajjiż qed jilqa wkoll għajnuna internazzjonali, filwaqt li għaddejjin taħdidiet mal-Unesco.

Uffiċjali tal-mużew qal li kważi disgħin fil-mija tal-kollezzjoni inqerdet.

Fih kien hemm waħda mill-ikbar kollezzjonijiet tal-antropoloġija u tal-istorja naturali fl-Amerka. Fiha kien hemm il-fdalijiet ta’ mara bl-isem Luzia, li tmur lura 12,000 sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend