Il-Fondazzjoni Classique b'kunċert mużikali | One News

Notifiki

Il-Fondazzjoni Classique b’kunċert mużikali

Il-Fondazzjoni Classique hija organizzazzjoni kulturali li topera mingħajr qligħ ta’ flus u li għandha l-għan li tippromovi l-kultura billi minn żmien għal żmien torganizza attivitajiet mużikali tal-ogħla livell. Dawn l-ħħar snin kienet il-moħħ wara kunċerti ta’ livell  bis-sehem ta’ artisti lokali u barranin magħrufa kif ukoll l-Orkestra Nazzjonali. Din is-sena nsibuha qed timbarka fuq proġett ġdid bit-tnedija tal-ewwel edizzjoni ta’ Mini-Festival imsejjaħ MUSIC+MUSIC+ se jkun jikkonsisti f’recitals minn artisti lokali u barranin, master classes f’diversi strumenti, workshops għall-istudenti tal-iskejjel primarji, talks u fl-aħħar Konferenza.

MUSIC+ se tibda l-Ġimgħa 28 ta’ Settembru 2018 b’recital minn Edlira Shkurti (vjolin) u Erga Halilaj (pjanu), it-tnejn mill-Albanija. Tal-ewwel hija membru tal-RTSH Orchestra ta’ Tirana l-Albanija waqt li tat-tieni barra li hija wkoll membru fl-istess Orkestra, hija Visiting Professor fl-Universita’ tal-Arti fil-belt ta’ Tirana. Wara jiġu tliet Recitals oħra: l-ewwel waħda l-għada s-Sibt 29 ta’ Settembru mill-pjanista żagħżugħ Għawdxi Francis James Camilleri; kunċert ieħor l-għada l-Ħadd 30 ta’ Settembru bis-sehem ta’ Laura Magistrelli (klarinett) u Marina degl’Innocenti (pjanu), it-tnejn li huma mill-Italja. Ta’ min jgħid li Magistrelli hija Professur tal-klarinett fil-Konservatorju Giuseppe Verdi ta’ Milan. It-tielet kunċert sa jsir il-Ħadd 28 ta’ Ottubru bis-sehem Brendan Ball (kurunetta) li jdoqq mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, u l-pjanista Elaine Mercieca. Dawn iż-żewġ solisti se jdoqqu l-World Premiere Deconstructed Images ta’ Alan Cassar. Barra għadd ta’ klassiċi, min se jattendi se jkollu ċ-ċans ukoll li jisma’ mużika ta’ kompożituri lokali. Il-kunċerti kollha sa jsiru fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex Victoria u jibdew fis-7.30pm.

Laura Magistrelli, Edlira Shkurti, u Erga Halilaj, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu tas-Sibt 29 ta’ Settembru se jkunu qegħdin jagħtu master classes fil-klarinet, vjolin u pjanu rispettivament. Dawn il-lezzjonijiet sa jsiru fil-Gozo Visual nad Performing Arts School fix-Xewkija.

Sa jsiru wkoll żewġ workshops oħra għal tfal mill-iskejjel Primarji – Opera 4 Kids – li sa jitmexxew minn Ms Sarah Spiteri. Dawn sa jsiru l-Ħamis 4 ta’ Ottubru.

L-għada l-Gimgħa 5 ta’ Ottubru, fis-7.30pm Dr Abraham Borg, fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex se jitkellem dwar  Opera in Malta: a brief overview.

MUSIC+ jasal fi tmiemu bil-Konferenza ‘Il-futur tal-Opra f’Malta’  fi fiha jieħdu sehem rappreżentanti mill-entitajiet kollha li huma nvoluti fil-produzzjonijiet operistic fil-gzejjer Maltin. Imexxi d-diskussjoni Dr Paul Xuereb u din l-attivita interessanti se tkun indirizzata  wkoll minn Ms Cecilia Xuereb u s-sopran internazzjonali Miriam Gauci. Din il-Konferenza sa ssir il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru 2018 fic-Circolo Gozitano, Pjazza Savina, Victoria fis-7.30pm. Tkun bil-Malti u mportanti li wieħed jirreġistra biex ikun jista’ jattendi.

Id-Direzzjoni artistika ta’ MUSIC+ hija f’idejn Joseph Debrincat
L-attivtajiet kollha huma bla ħlas.

MUSIC+ qed ikun sostnut bl-iskema “Ministry for Gozo NGO Assistance Scheme” programm ta’ finanzjarjament għall-Organizzazzjonijet Voluntarji f’Għawdex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend