Identifikat il-ġuvni li ntilef waqt li kien qed jgħodds – Tissokta t-tfittxija f'Baħar iċ-Ċagħaq | One News

Notifiki

Identifikat il-ġuvni li ntilef waqt li kien qed jgħodds – Tissokta t-tfittxija f’Baħar iċ-Ċagħaq

Il-ġuvni li ntilef fil-baħar waqt li kien qed jgħodds f’Baħar iċ-Ċagħaq ġie identifikat bħala Neil Zammit. Il-ġuvni li għandu 20 sena u joqgħod Raħal Ġdid kien qed jgħodds bin-nifs flimkien ma ħabib tiegħu meta għal xi raġuni baqa’ qatt ma tfaċċa f’wiċċ l-ilma.

Il-profil ta’ Facebook tal-ġuvni juri biċ-ċar li huwa dilettant kbir ta dan l-isport hekk kif huwa għandu numru kbir ta’ filmati tiegħu jgħodds taħt l-ilma.

Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-irġiel niżlu jgħoddsu għall-ħut bil-harpoon għall-ħabta tal-17.30 f’fond ta’ madwar ħames sulari. Sorsi qrib Il-Korp tal-Pulizija kkonfermaw ukoll li r-raġel l-ieħor tela’ fil-wiċċ mingħajr l-ebda assistenza u ma kellux bżonn għajnuna medika.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ kellha tiġi sospiża għall-ħabta tan-nofs siegħa u reġgħet kompliet ma sbieħ ix-xemx.

FILMAT: Ġuvni ta’ 20 sena jintilef waqt li kien qed jgħodds f’Baħar iċ-Ċagħaq

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend