Erba' offerti għat-twessiegħ ta' Triq Buqana | One News

Notifiki

Erba’ offerti għat-twessiegħ ta’ Triq Buqana

Hekk kif illum għalqet is-sejħa pubblika, il-Ministeru għall-Infrastruttura rċieva erba’ offerti, b’valur medju ta’ €4.6 miljun, biex titwessa’ u tinbena mill-ġdid it-Triq ta’ Buqana, bejn l-Imtarfa u l-Mosta.

Fuq il-midja soċjali, il-Ministru Ian Borg ħabbar li Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid l-istrutturi kollha ta’ din it-triq, fosthom ir-roundabouts fit-truf tagħha, b’disinn aktar effiċjenti.

B’hekk se jkompli jitnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bejn it-Tramuntana u ċ-ċentru tal-pajjiż, waqt li noffru aktar faċilitajiet siguri għal dawk li jivvjaġġaw b’mezzi alternattivi, fosthom korsiji għar-roti maqtugħin għalihom minn dawk tal-karozzi u faċilitajiet aħjar għall-ivvjaġġar bil-karozzi tal-linja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend