Bil-Filmat: Tkompli t-tfittxija għal Neil Zammit f’Baħar iċ-Ċagħaq – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Tkompli t-tfittxija għal Neil Zammit f’Baħar iċ-Ċagħaq

It-tfittxija għal Neil Zammit bil-ħelikopter issoktat wara li kienet sospiża għal xi ħin minħabba li ntlemħet ħuta kbira fl-inħawi. L-operazzjoni mill-Forzi Armati ta’ Malta qed issir bl-għaddasa, b’ħelikopter, u bil-patrol boat, u tkompliet fis-06:30 illum.

Zammit, li għandu 20 sena u joqgħod Raħal Ġdid, kien qed jgħodds bin-nifs flimkien ma ħabib tiegħu meta għal xi raġuni baqa’ qatt ma tfaċċa f’wiċċ l-ilma.

Il-profil ta’ Facebook tal-ġuvni juri biċ-ċar li huwa dilettant kbir ta dan l-isport hekk kif huwa għandu numru kbir ta’ filmati tiegħu jgħodds taħt l-ilma.

Ara wkoll:

Identifikat il-ġuvni li ntilef waqt li kien qed jgħodds – Tissokta t-tfittxija f’Baħar iċ-Ċagħaq

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend