Żewġ ġurnalisti ta' Reuters jeħlu seba' snin ħabs f'Myanmar | One News

Notifiki

Żewġ ġurnalisti ta’ Reuters jeħlu seba’ snin ħabs f’Myanmar

F’Myanmar, magħruf fil-passat bħala Burma, żewġ ġurnalisti ta’ Reuters ingħataw sentenza ta’ seba’ snin ħabs – wara li affaċċjaw akkużi li kisru sigrieti tal-istat meta kienu qed jirrapurtaw dwar vjolenza fuq grupp ta’ minoranza magħrufa bħala Rohingyas.Iż-żewġ ġurnalisti – li huma ċittadini tal-istess pajjiż – kienu arrestati f’Diċembru li għadda wara li ġabru dokumenti kunfidenzjali li jidher kienu ingħataw lilhom minn pulizija, ftit qabel pulizija oħrajn arrestawhom – f’dak li qed isostnu kien frame-up kontriehom.

L-investigazzjoni taż-żewġ ġurnalisti kienet tittratta l-qtil mill-armata ta’ għaxar irġiel Rohingya lura f’Settembru 2017.

Tul l-aħħar sena, mas-700,000 Rohinya ħarbu mill-Myanmar, meta l-militar wieġeb għal attakki minn grupp ta’ Rohingya militanti.Però r-reazzjoni tal-armata kienet meqjusa min-Nazzjonijiet Magħquda bħala sproporzjonat – b’bosta akkużi ta’ qtil, tortura, abbuż sesswali, u persekuzzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend