Malta b'appell għal aktar kollaborazzjoni biex tiġi indirizzata s-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa u fil-Mediterran | One News

Notifiki

Malta b’appell għal aktar kollaborazzjoni biex tiġi indirizzata s-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa u fil-Mediterran

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela ħa sehem fit-13-il edizzjoni tal-konferenza internazzjonali annwali Dubrovik Forum fil-belt Kroata ta’ Dubrovnik fl-1 ta’ Settembru 2018 bit-tema, ‘Insaħħu r-reżiljenza: il-Mediterran, l-Ewropa u l-Balkani tal-Punent’.F’diskussjoni ta’ livell għoli bis-suġġett, ‘Niddefinixxu l-Isfidi – Inqisu s-Soluzzjonijiet’, il-Ministru Abela qal li l-iżviluppi li qed iseħħu madwar il-Mediterran, partikularment fil-Libja u fis-Sirja, qed ikollhom impatt inevitabbli fuq l-Ewropa kollha kemm hi. Wieħed jista’ jara dan fil-flussi migratorji fuq ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali, kif ukoll fuq ir-rotta tal-Balkani tal-Punent li laħqet l-eqqel tagħha fl-2014 u fl-2015. Irrimarka li mingħajr sigurtà u stabbiltà fil-Mediterran ma jistax ikun hemm sigurtà u stabbiltà fl-Ewropa.

Il-Ministru Abela sostna li l-ebda pajjiż individwali ma jista’, u għandu jitħalla, jaffronta l-fenomenu tal-migrazzjoni irregolari waħdu. L-unika triq biex sfidi kumplessi bħal dawn jiġu indirizzati effettivament hi permezz ta’ koperazzjoni multilaterali kemm fil-livell reġjonali kif ukoll f’dak globali.

Fil-marġini tad-Dubrovnik Forum il-Ministru Abela kellu laqgħat bilaterali mal-Kap Negozjatur tal-Unjoni Ewropea dwar it-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Michel Barnier; mas-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran Nasser Kamel; mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Albanija Ditmir Bushati; mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kosovo Behgjet Pacolli; u mas-Segretarja tal-Istat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk Mounia Boucetta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend