Kien Delia stess li tawwal il-proċeduri tal-Qorti | One News

Notifiki

Kien Delia stess li tawwal il-proċeduri tal-Qorti

Illum il-Qorti tat għażla lil Adrian Delia biex jippreżenta lista ta’ xhieda fi żmien 24 siegħa.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li Adrian Delia ma kienx preparat u talab lill-Qorti biex minflok tagħtih ċans 48 siegħa biex jipprepara lista ta’ xhieda li mistenni jressaq biex jixhdu fil-kawża li fetaħ b’rabta mal-inkjesta ta’ Egrant.

Bil-wiċċ tost kollu, wara li għamel hekk ħareġ jattakka lil ħaddieħor li ried itawwal.

Iżda Adrian Delia baqa’ bir-retorika tal-Kap ta’ qablu – jippolitiċizza kollox u bla rispett lejn istituzzjonijiet protetti mill-Kostituzzjoni.

L-inkesta Egrant issejħet mill-Prim Ministru  minn jeddu u l-konklużjonijiet tagħha diġa ġew ippublikati u ddikjaraw li saret l-akbar gidba politka fil-konfront tal-Prim Ministru.

Fil-fatt kien Adrian Delia nnifsu li meta kien għadu jipprova jissospendi lil Simon Busuttil mill-Partit Nazzjonalista qal li ma jista’ jkun hemm xejn fl-inkjesta li jibdel il-konklużjonijiet.

Il-Prim Ministru hu impenjat ukoll li jippubblikaha b’mod sħiħ b’mod li ma jtellifx l-investigazzjonijiet.

Wieħed jittama li Delia mhux jaġixxi hekk għax irid ixekkel il-ġustizzja milli ssir, jemm jgħid il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend