Juża għajnejn tal-plastik fuq il-ħut biex jagħti l-impressjoni li kien frisk | One News

Notifiki

Juża għajnejn tal-plastik fuq il-ħut biex jagħti l-impressjoni li kien frisk

Ħanut tal-ħut ‘frisk’ fil-Kuwait kien ordnat jagħlaq wara li uffiċjali tas-saħħa pubblika ndunaw li s-sid kien qed iwaħħal għajnejn tal-plastik fuq il-ħut biex jagħti l-impressjoni li huma friski.Kien il-ġurnal lokali Al Bayan li żvela din l-istorja b’ritratti pjuttost umoristiċi ta’ għajnejn foloz tal-plastik li jintużaw fuq il-ġugarelli, imwaħħla mal-ħut.

Il-Gvern ordna li dan il-ħanut jagħlaq minnufih wara li dan l-attentat xejn pjaċevoli kien innutat mill-uffiċjali.

Fuq il-midja soċjali, minkejja li bosta kkundannaw dan l-aġir qarrieqi, kien hemm min ukoll feraħ lis-sid għal din l-idea ‘innovattiva’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend