Aġġornat: Jinqaleb bil-karozza fl-Imsida | One News

Notifiki

Aġġornat: Jinqaleb bil-karozza fl-Imsida

Sewwieq inqaleb bil-karozza fi Triq Victor Denaro l-Imsida, kantuniera ma’ Triq l-Iskola. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:15 dalgħodu.

Il-karozza li nqalbet hija Fiat Punto, misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Gżira. Jidher li s-sewwieq ħareġ waħdu mill-vettura, pero xorta waħda ntalbet l-assistenza ta’ ambulanza biex tkun aċċertata l-kundizzjoni ta’ saħħa tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend