Jekk għandek razzett u tixtieq membru ġdid Chuck u Nora qed ifittxu post fejn jgħixu | One News

Notifiki

Jekk għandek razzett u tixtieq membru ġdid Chuck u Nora qed ifittxu post fejn jgħixu

Żewġt iqtates bl-isem ta’ Chuck u Nora qed ifittxu familja li lesta li tipprovdilhom ambjent sigur u ikel tajjeb għalihom hekk kif bħalissa qed jgħixu fit-toroq.

Chuck kellu jagħmel operazzjoni fejn jitneħħewlu snienu kollha wara li spiċċa marad bil-Gingivitis u issa qed jirkupra bil-mod il-mod.

Iż-żewġt iqtates għandhom bejn ħames u sebgħa snin, huma msewwija, għandhom il-vaċċini kollha u huma idealment jinżammu flimkien.

Il-messaġġ fil-grupp fuq Facebook, RUBS Puppy Love jispjega kif dawn iż-żewġt iqtates mhux iddomestikati u għalekk il-post ideali għalihom razzett jew xi għalqa sabiex jgħaddu l-ħin tagħhom jikkaċċjaw filwaqt li jingħataw ikel ‘soft’ peress li Chuck issa mingħajr snien.

Kull min hu interessat li joffri post fejn jistgħu jgħixu, jista’ l-ewwel isir membru fil-grupp RUBS Puppy Love u wara jikkummenta fuq hawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend