Ix-Xagħrin jiċċelebraw il-45 sena mill-Inkurunazzjoni – One News

Notifiki

Ix-Xagħrin jiċċelebraw il-45 sena mill-Inkurunazzjoni

Il-poplu tar-raħal pittoresk tax-Xagħra Għawdex iċċelebra il-45 sena mindu l-istatwa titulari tal-Bambina ġiet inkurunata b’kuruna tad-deheb.

Kien propju t-2 ta’ Settembru 1973 meta x-Xagħrin ħarġu minn djarhom bi ħġarhom biex jixhdu dan il-mument memorbali.

L-Isqof mibki Nikol Cauchi kien il-protagonist li poġġa l-kuruna tad-deheb fuq ras il-Bambina.Ilbieraħ fil-knisja Arċipretali tax-Xagħra ġie ċċelebrata Pontifikal Solenni mmexxi mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech. Iċ-ċelebrazzjoni kellha titmexxa mill-Isqof Għawdxi fi Tripli George Bugeja, iżda minħabba xi attakki fuq l-ajruport ta’ Tripli dan ma setax jiġi Malta.

Fl-aħħar tal-marċ popolari bil-Bambina, iż-żgħażagħ Xagħrin fakkru dan il-jum għażiż għalihom b’filmat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend