Inqas inċidenti tat-traffiku fit-toroq Maltin fl-2016 | One News

Notifiki

Inqas inċidenti tat-traffiku fit-toroq Maltin fl-2016

Fl-2016, kien hemm 3.1% inqas inċidenti tat-traffiku meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. 38.1% minn dawn seħħew fit-Tramuntana tal-pajjiż. Fost persuni li sofrew ġrieħi minħabba inċidenti tat-traffiku, kien hemm 11-il sewwieq, 3 passiġġieri, 8 persuni li kienu mixjin fit-triq, u ċiklist li tilef ħajtu.

F’din is-sena, mat-33 karozza ġdida kuljum bdew jinstaqu fit-toroq Maltin. 

Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru wkoll li tul l-2016, inħarġu 281,195 kontravenzjoni tat-traffiku maħruġa mill-Pulizija, Gwardjani Lokali, u Transport Malta. Dan ifisser mal 200 kontravenzjoni kuljum.

Iktar minn 43 miljun persun użaw it-trasport pubbliku f’din is-sena.

Iċ-ċifri jitfgħu dawl ukoll fuq forom oħra ta’ trasport, fejn kien innutat ukoll żieda ta’ 8% ta’ persuni u vetturi li vvjaġġaw bejn Malta u Għawdex tul l-2016.

L-NSO innutat ukoll żieda ta’ 10.5% ta’ traffiku tal-passiġġieri fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend