Bjorn fi triqtu lejn l-Isptar għal operazzjoni serja | One News

Notifiki

Bjorn fi triqtu lejn l-Isptar għal operazzjoni serja

Illum, Bjorn Formosa se jaffaċċja operazzjoni serja li minħabba fiha jista’ jkun ma jkunx jista’ jitkellem iktar, jew jibqa’ pparalizzat. Bjorn tkellem dwar dan ftit tal-jiem ilu, u spjega li din kienet waħda mill-iktar deċiżjonijiet diffiċli li qatt għamel f’ħajtu. Formosa spjega wkoll li dan l-aħħar beda jsib diffikultà biex jieħu nifs, u għalhekk iddeċieda li jagħmel din l-operazzjoni, għaliex mingħajr dan l-intervnet, l-unika triq kienet se tkun il-mewt.

L-attivist huwa determinat li jibqa’ jaħdem fuq il-ħolma tiegħu, li l-Fondazzjoni ALS Malta tibni t-tieni dar tagħha.

L-ewwel dar infteħet f’Novembru li għadda u kienet inawgurata mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend