FILMAT: Ġuvni ta’ 20 sena jintilef waqt li kien qed jgħodds f’Baħar iċ-Ċagħaq – One News

Notifiki

FILMAT: Ġuvni ta’ 20 sena jintilef waqt li kien qed jgħodds f’Baħar iċ-Ċagħaq

Għaddas ta’ 20 sena minn Raħal Ġdid intilef waqt li kien qed jogħdos ma’ raġel ieħor f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-ħabib tal-guvni li għandu 38 sena tela’ f’wiċċ il-baħar madankollu l-ġuvni li għandu għall-qalbu ħafna dan il-passatemp, baqa’ ma deherx. Huma kienu qed jgħoddsu bin-nifs fiż-żona ta bejn l-Isplash and Fun u l-White Rocks f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Mal-ewwel rapporti, l-AFM skattat operazzjoni ta’ salvataġġ permezz ta’ ħelikopter AW139 u tal-patrol boat Melita I. Ghall-ħabta tal-22:00 ingħaqdu mat-tfittxija numru ta’ bugħaddasa  mill-Explosive Ordenance Department tal-Forzi Armati stess li niżlu jgħoddsu fiż-żona ta’ fejn l-aħħar intlemaħ il-ġuvni.

Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li irgiel kienu qed jgħoddsu f’fond ta’ madwar ħames sulari. Huma komplew jispjegaw kif għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija inkisret il-ħemda tal-akwata bil-wasla tal-helecopter, vetturi tal-Pulizija, ambulanza u numru ta’ qraba tal-ġuvni li baqgħu fuq il-post sas-siegħat bikrin ta’ filghodu. L-istess sorsi qalulna li allegatament it-tfajla tal-ġuvni kellha tiġi miżmuma mill-Pulizija wara li ppruvat tinżel tgħum sabiex tipprova tfittxu fil-baħar.

L-operazzjoni tal-AFM ġiet sospiża għall-ħabta tan-00:30 u mistennija titkompla ma sbieħ it-Tlieta filgħodu.

Filmati: Owen Galea, Kyle Mifsud

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend