Bjorn iqum mill-operazzjoni – "qed inħossni aħjar" | One News

Notifiki

Bjorn iqum mill-operazzjoni – “qed inħossni aħjar”

Bjorn Formosa, il-fundatur ta’ ALS Malta qal li qiegħed iħossu aħjar wara li matul il-jum tat-Tnejn saritlu operazzjoni diffiċli fl-Isptar Mater Dei.

Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Bjorn tella’ ritratt tiegħu fuq is-sodda flimkien ma’ martu Maria. Qal li kien għadu kif qam mill-operazzjoni u qiegħed iħossu aħjar.

Huwa żied jgħid li minn għada se jkompli bil-ħidma tiegħu biex jiftaħ dar oħra għall-persuni li jbatu bil-marrieda qerrieda tal-ALS.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend