Jisirqu aktar minn €1,000 f'nuċċalijiet tax-xemx | One News

Notifiki

Jisirqu aktar minn €1,000 f’nuċċalijiet tax-xemx

Tliet irġiel qed jiġu mfittxija mill-Pulizija wara li nqabdu jisirqu numru ta’ nuċċalijiet tad-ditta minn stabbiliment f’Tas-Sliema.
Huwa stmat li s-serqa laħħqet valur ta’ aktar minn 1000 ewro u seħħet għall-ħabta tal-10:00 tat-Tlieta filgħodu.
Sorsi qrib l-investigazzjoni qalu lil one.com.mt li l-ħallelin dehru professjonali hekk kif huma rnexxielhom jaqilgħu l-‘alarms’ minn man-nuċċalijiet filwaqt li biddluhom ma oħrajn foloz.
Is-sorsi tagħna qalulna wkoll li l-Pulizija għandhom bizejjed evidenza sabiex iressqu l-irġiel il-Qorti ladarba jigu identifikati.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend