BIL-FILMAT: Jinżamm arrestat fuq pussess ta' pjanta tal-kannabis | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jinżamm arrestat fuq pussess ta’ pjanta tal-kannabis

Damien Attard, ġuvni ta’ dsatax-il sena minn San Pawl il-Baħar, inżamm arrestat wara li nqabad bi pjanta tal-kannabis fil-pussess tiegħu.

Il-Maġistrat Dontella Frendo Dimech iddikjarat fil-Qorti li jkun siewi li l-akkużat jinżamm arrestat minħabba li diġa għandu kondotta maħmuġa u minħabba li hemm diversi xhieda li għadhom iridu jixhdu, fosthom Omm l-akkużat. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend