BIL-FILMAT: Ir-rifużjoni ta' 11.4 miljun ewro huma daħk fil-wiċċ – Delia | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Ir-rifużjoni ta’ 11.4 miljun ewro huma daħk fil-wiċċ – Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia sejjaħ iċ-ċekkijiet li qegħdin jirċievu l-ħaddiema Maltin u Għawdxin f’rifużjoni ta’ taxxa bħala daħk fil-wiċċ.

Delia ngħaqad mal-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo li ħareġ jattakka din ir-rifużjoni tat-taxxa li qed tingħata lill-familji Maltin

Il-Gvern jibgħat ċekkijiet biex jidhaq bin-nies. Jagħmel l-għamad man-nies.

Adrian Delia qal dan meta ndirizza lill-partitarji Nazzjonalisti fil-Kazin Nazzjonalista Ta’ Sannat GĦawdex. Bl-istess ton tal-Eks Kap Nazzjonalista, Delia ma naqqasx li joħroġ jikkrtika l-ħidma li qiegħda isir f’Għawdex. Fosthom l-investiment li qiegħed isir mill-kumpanija Steward Healthcare fl-isptar ta’ Ġenerali Għawdex.Iżda Adrian Delia sejjaħ lil din l-akbar kumpanija Amerikana fil-qasam tas-saħħa bħala skarpan.

L-ewwel skarpan li ha naqla xi ħaġa minn fuqu.

F’dagħdigħa negattiva, Adrian Delia qal li dan il-gvern m’għandux pjan u l-affarijiet sejrin għall-agħar. Huwa naqqas milli jirikonoxxi l-investiment li qiegħed iwettaq dan il-Gvern f’bosta proġetti li se jtejbu l-infrastruttura u l-immaniġjar tat-traffiku fil-pajjiz

Jekk nibqgħu taħt dal-Gvern li ma jippjanax, l-affarijiet se jibqgħu sejrin agħar.

B’reazzjoni l-Partit Laburista qal li d-dikjarzzjoni ta’ Delia li jsejjaħ il-ħlas lura lill-ħaddiema bħala daħq fil-wiċċ turi li l-PN b’Delia bħala kap baqa’ maqtugħ minn nies bħalma kien il-Kap ta’ qablu.

Il-Partit Laburista qal li b’din l-ewwel parti tar-rifużjoni tat-taxxa, il-gvern beda jwettaq wiegħda elettorali li għandu mandat għaliha. Il-Partit Laburista żied li kien jidħak bin-nies, kieku l-Gvern ma żammx kelmtu kif ħafna drabi għamel il-Partit Nazzjonalista, u kif għamel Delia meta wiegħed mod ġdid. Qal li d-diskors tal-Ħadd filgħodu, Adrian Delia donnu qrah minn fuq in-noti li kien ikollu Simon Busuttil qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Dan għax kien negattiv u distruttiv bħalu.

Il-Partit Laburista qal li hija ħasra li biex Delia mingħalih jieħu l-kontroll tal-Partit Nazzjonalista, sar bħal ta’ qablu jgħajjar lil kulħadd korrott. Qal li hija ħasra li Delia daħaq bin-Nazzjonalisti billi wiegħed mod ġdid u ċeda għall-istess politika li kellu ta’ qablu. Dan għax jinteressah iktar minn postu milli mill-ġejjieni ta’ pajjiżna, temm jgħid il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend