BIL-FILMAT: Il-PM b'sinjal b'saħħtu favur il-ħarsien tal-liġi – jitkellem dwar il-Marsa | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-PM b’sinjal b’saħħtu favur il-ħarsien tal-liġi – jitkellem dwar il-Marsa

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li f’Malta kulħadd irid josserva l-liġi u saħaq li kulħadd irid ikun rispettuz tal-mod kif jgħixu l-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Prim Ministru tkellem dwar id-diżappunt li esprimew miegħu nies mill-Marsa u l-madwar minħabba nuqqas ta’ dixxiplina f’postijiet mifutħa f’dan il-lokal. Qal li xorta kien hemm każi ta’ ġlied u qal li dawn mhumiex aċċettabbli u fuq dan dan irid jinbgħat sinjal b’saħħtu.

“Ittieħdet azzjoni mill-ewwel. Kien hemm żieda fil-preżenza tal-pulizija fil-Marsa u l-akwati li ħalliet riżultati,”

“Jien inkun irrabjat irrispettivament jekk humiex Maltin jew barranin. Tlabt lill-forzi tal-ordni u l-forzi tas-sigurtà biex jieħdu l-miżuri kollha neċċesarji biex juru li affarijiet bħal dawn ma jistgħux iseħħu, jidentifikaw min huma dawn il-persuni u jiġu arrestati u jitressqu l-Qorti malajar kemm jista’ jkun,”

Dwar il-qasam tal-immigrazzjon, il-Prim Ministru qal kif din hija sitwazzjoni li dejjem tiżviluppa u rrefera għall-ġlied kbir li hemm fil-Libja, partikolarment fi Tripli. Qal li l-gvern qed iħares lejn is-sitwazzjoni fil-Libja b’mod mill-viċin.

“Hemm kriżijiet li qed iseħħu l-ħin kollu. Matul il-ġurnata tal-bieraħ stess kien hemm każi ta’ nies li kienu qed jitilqu mil-Libja u ġew immaniġjati u ma daħlux Malta. Ġew ikkordinati permezz tal-coast guard Libjana u l-forzi Taljani, b’superviżjoni fuq forzi Ewropej. Aħna nagħtu l-għajnuna tagħna skont il-bżonn. L-affarijiet ikunu qed jiżviluppaw b’mod attiv ħafna,” qal Joseph Muscat.

Fakkar kif din il-ġimgħa baqgħu jitilqu persuni li kienu fuq il-bastiment l-MV Lifeline u lejn l-Aquarius wara li l-gvern irnexxielu jikkonvinċi pajjiżi oħra biex jieħdu ammont ta’ persuni filwaqt li esprima l-apprezzament tiegħu għall-forzi tal-ordni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend