BIL-FILMAT: Gvern li jżomm kelmtu – Ir-rifużjoni tat-taxxa waħda minn għadd ta' miżuri | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Gvern li jżomm kelmtu – Ir-rifużjoni tat-taxxa waħda minn għadd ta’ miżuri

Il-Gvern qed ikompli jżomm kelmtu mal-poplu hekk kif mal-medda ta’ ħames snin kull sena ħa jkun qed jintbgħat ħlas lura tal-income tax.

F’kollegament telefoniku fuq ONE RADIO, Dr Muscat qal li din il-miżura tmur kontra t-tax cut li implimenta l-partit nazzjonalista li l-aktar li gawdew minnha kienu dawk li jaqilgħu l-aktar. Huwa qal kif din is-sena biss gawdew minn din il-miżura mitejn elf persuna li qasmu bejniethom il-fuq minn ħdax il-miljun ewro.

“Aħna bil-maqlub għamilna rifużjoni ta’ taxxa illi l-ewwel net kull min jaqla aktar minn 60,000 ewro għidna minn qabel li mhux ħa nagħtuh flus lura għax ma naħsbux li din hija miżura mmirata b’dak il-mod u l-aktar li qed igawdu minnha huma l-aktar nies illi qegħdin fil-bżonn, qegħdin jaħdmu, qegħdin jinsistu, bdew id-dinja tax-xogħol ukoll u xtaqna li nipremjawhom iktar. u għalhekk jien kburi ħafna. Din hija miżura ta’ ġustizzja soċjali

Dr Muscat spjega kif dan sar flimkien ma’ miżuri li permezz tagħha l-l-pensjonanti ma jħallsux taxxa fuq l-ewwel 13,200 ewro. Mizura li swiet lill-Gvern 8 miljun ewro. Dan flimkien ma’ żieda fil-paga lill-għalliema u ħaddiema fis-servizz pubbliku.

Dwar l-inċident fil-Magħtab, il-Prim Ministru qal li jinsab sorpriż bl-attitudni tal-opozzizjoni li trid tippolitiċizza kollox.

Fl-istess ħin ma nistax ma ninnutax. Kważi ngħid ninsab sorpriż bl-attitudni tal-oppozzizjoni li reġgħet inħakmet minn klikka li trid tipprova tippolitiċizza kollox u fl-aktar mumenti delikati. Dan meta l-oppożizzjoni meta niġu għas-si u n-no. meta pereżempju tlabniha l-opożizzjoni tidħol magħna sabiex tieħu sehem fid-deċizjonijiet dwar l-iskart, dwar kif ser inkunu ħa nitrattaw il-kwistjoni tal-iskart u l-enerġija. f’pajjiżna kienu għażlu li ma jipparteċipawx.

Tkellem ukoll dwar inizjattivi importanti oħra marbuta mas-settur tal-immaniġjar tal-iskart fejn f’kull dar se jkun qed jitqassam kontenitur biex jibda jiġi sseparat l-iskart mill-ikel. Fl-istess waqt semma li se tibda l-iskema li permezz tagħha l-fliexken tal-plastik ikunu rritornati f’magni li tati l-flus lura.


Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend