BIL-FILMAT: Tnejn l-isptar wara ħabta f'Santa Venera | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Tnejn l-isptar wara ħabta f’Santa Venera

Żewġt irġiel Taljani ttieħdu l-isptar wieħed minnhom bi ġrieħi ta’ natura gravi wara ħabta fi Triq San Ġużepp f’Santa Venera, kmieni il-Ħadd filgħodu.

Kienu għall-ħabta ta’ 04:45 ta’ filgħodu meta karozza tat-tip Peugeot 106 misjuqa minn Taljan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip VW Passat misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Santa Venera kienu nvoluti f’ħabta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Taljan flimkien mal-passiġġier tiegħu, Taljan ta 42 sena minn Ħal Balzan, l-isptar Mater Dei.

Aktar tard irriżulta li l-passiġġier Taljan sofra minn ġrieħi ħfief madankollu s-sewwieq ta’ 36 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend