L-operat fil-Wasteserv jibqa’ għaddej normali – One News

Notifiki

L-operat fil-Wasteserv jibqa’ għaddej normali

L-impjant tal-Wasteserv fil-magħtab kompla jopera b’mod normali u bl-istess ritmu tas-soltu.

Dan minn ftit sigħat biss minn xħin qabdu n-nirien il-Ġimgħa filgħodu.

Fil-fatt minkejja n-nirien, l-impjant baqa’ jirċevi l-iskart tal-publiku, u l-periklu fil-kumpless tneħħa fi ftit ħin.

Ftit passi ’l bogħod minn fejn seħħew in-nirien, iltaqjna mac-chairman tal-Wasteserv, David Borg.Xhieda ta’ dan kienu l-ħaddiema tal-kumpanija Wasteserv għaddejjin fuq il-land tax-xogħol, kif jgħid john pulis – wieħed mill-ħaddiema.

Iċ-Chairman David Borg jgħid li bid-differenza tal-incident fl-impjant ta’ Sant Antnin ta’ Wied il-Għajn sena u nofs ilu, din id-darba ghalkemm in-nar seta kien ikbar, xorta waħda ma’ nfirixx.

Nar li beda minn munzell skart li disgħin fil-mija kien plastik li jiġi rriċiklat fi fjuwil.

Borg qal li il-kumpanija tieħu l-prekawzjonijiet kollha sabiex inċidenti bħal dan ma jsirux.

Intant, l-awtoritajiet tas-saħħa qed iwissu lill-pubbliku biex jieħdu l-prekwazzjonijiet kollha b’rabta ma’ dawn in-nirien.

Fi stqarrija ntqal kif aktar minn qatt qabel wieħed għandu jaħsel il-frott u l-ħxejjex qabel jikolhom jew isajjarhom.

Dan fid-dawl tal-possibiltà li materjal maħruq ħalla effett fuq il-ħxejjex u l-frott fiż-żona.

L-awtoritajiet fosthom l-era qed jiġbru kampjuni sabiex isir l-analiżi meħtieġa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend