L-Istati Uniti twaqqaf il-fondi ta' għajnuna għal aġenzija li tgħin lir-refuġjati Palestinjani | One News

Notifiki

L-Istati Uniti twaqqaf il-fondi ta’ għajnuna għal aġenzija li tgħin lir-refuġjati Palestinjani

L-Istati Uniti waqfet tipprovdi fondi lill-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti li tgħin refuġjati Palestinjani. Deċiżjoni li skont midja internazzjonali qed tkabbar it-tensjoni bejn il-Palestina u l-Istati Uniti. Fil-fatt it-tmexxija Palestinjata iddenunċjat din id- deċiżjoni bħala attakk dirett fuq il-poplu Palestinjan u att ta’ sfida għar-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Fl-istess waqt kelliem għall-President tal-Istati Uniti qal li l-mudell ta’ negozjar u l-prattiċi fiskali tal-United Nations Relief and Works Agency għadhom bosta ineżattezzi u difetti, u kienet għal din ir-raġuni li ddeċidew li ma jibqgħux jipprovdu l-fondi.

Sostniet li l-aġenzija ma tistax tibqa’ tkabbar il-komunità ta’ benefiċjarji intitolati u insistiet li l-mudell mhux sostenibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend