Jibdew jaslu ċ-ċekkijiet għand il-ħaddiema tal-benefiċċju l-ġdid | One News

Notifiki

Jibdew jaslu ċ-ċekkijiet għand il-ħaddiema tal-benefiċċju l-ġdid

Eluf ta’ ħaddiema Maltin u Għawdex is-Sibt filgħodu bdew jirċievu bil-posta ċekk ta’ bejn €40 u €68 fi ħlas lura ta’ taxxa.

Dan il-benefiċċju l-ġdid kien jagħmel parti minn ħames prijoritajiet ewlenin li għamel il-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet.

Il-miżura tal-Gvern bdiet titwettaq fl-ewwel sena tal-leġislatura wara li tħabbret fil-Baġit għal din is-sena. Miżura li fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat għandha l-għan li tkompli tnaqqas it-taxxi għall-familji.

Il-miżura li tħabbret f’nofs il-ġimgħa mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna se tħalli fil-bwiet ta’ aktar minn 200,000 ħaddiem aktar minn €11.4 miljun li jaqilgħu sa €60,000.

Din il-miżura ssegwi wkoll il-bidu ta’ twettiq ta’ prijorità oħra tal-Gvern li jwieżen lill-pensjonanti. Fil-fatt l-eżenjoni tat-taxxa fuq il-pensjonijiet telgħet għal €13,200 fis-sena u swiet lill-Gvern €8 miljun.

Dan il-benefiċċju beda jasal ukoll fid-djar tal-ħaddiema, ftit tal-jiem wara li numru ta’ koppji bdew jirċievu ċekk ta’ €10,000 biex jgħinhom fl-ispejjeż marbuta mal-adozzjonijiet ta’ tfal minn barra minn pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend