Int tista’ tgħin lil Malta tirbaħ premju Ewropew – One News

Notifiki

Int tista’ tgħin lil Malta tirbaħ premju Ewropew

Il-proġett taċ-Ċitadella huma wieħed mill-finalisti għall-Premju 2018 ta’ żvillup reġjonali magħruf bħala ‘RegioAwards 2018’. Hemm 21 finalisti ta’ proġetti Ewropej differenti li qed jikkompetu sabiex ikunu magħrufa bħala l-aktar proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej innovattiv u ta’ kwalita għolja u li jista’ jservi ta’ mudell għal reġjuni oħra.

Il-fondi Ewropej intużaw għal restawr, konservazzjoni u reabilitazzjoni taċ-Ċittadella li kompla jżid il-valur storiku u kulturali tal-post.

Preżenti għall-bidu ta’ inizjativa mmirata li tippromwovi lil pajjiżna u liċ-Ċittadella kien hemm il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li spjegat kif il-Ministeru qed jaħdem fuq proġetti oħra ffinanzjati minn fondi Ewropej bil-għan li Għawdex ikompli jkun destinazzjoni promettenti. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia accenna fuq il-fatt li kien hemm investiment ta’ aktar minn 12-il miljun ewro fuq iċ-Ċittadella.

Wieħed jista’ jivvota sabiex jirbaħ il-proġett Malti taċ-Ċittadella online fuq is-sit www.votecittadella.com u jista’ jagħmel dan sas-7 t’Ottubru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend