"Il-Gvern qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Libja" – il-PM | One News

Notifiki

“Il-Gvern qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Libja” – il-PM

Il-Gvern Malti qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fi Tripli fil-Libja. Qal dan fi tweet il-Prim Ministru Joseph Muscat fejn qal li n-Nazzjonijiet Magħquda ma tistax tagħlaq għajnejha għal dak li qed iseħħ. 

Dan fid-dawl li minn tal-inqas 30 persuna nqatlu fil-Libja b’rabta mat-taqbid fi Tripli li ħalla eluf ta’ migranti u refuġjati maqbuda f’ċentri tad-detenzjoni mmexxija mill-Gvern mingħajr xorb jew ikel.

Id-diżgwid beda t-Tnejn li għadda bejn brigadi rivali li sippost joperaw taħt l-istess difiża ministerjali li hi rikonoxxuta.

Minn tal-inqas 30 persuna nqatlu filwaqt li 96 indarbu, dan skont il-Ministeru tas-Saħħa tal-lokal, minkejja l-appelli li saru min-Nazzjonijiet Magħquda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend