Clyde Puli skomdu dwar "l-editorjal patetiku" | One News

Notifiki

Clyde Puli skomdu dwar “l-editorjal patetiku”

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-Partit Nazzjonalista mhux partit tal-mumji. Dan meta mistoqsi minn One News dwar il-battibekk li nqala’ fil-bidu tal-ġimgha bejn il-Kap tal-Midja tal-parit Pierre Portelli u d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fuq editorjal ta’ The Times li fil-mira tiegħu kellu lill-familja tal-Prim Minsitru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni.Editorjal li kompla joħroġ fid-deher il-qasma fil-partit Nazzjonalista bi Pierre Portelli jeħodha ma’ Azzopardi wara li dan tal-aħħar uża l-editorjal biex jagħti gambetta oħra lill-Kap Nazzjonalista.

Mistoqsi jagħti l-opinjoni tiegħu u jgħid jaqbilx ma’ Portelli li sejjaħ l-editorjal ta’ The Times bħala patetiku jew ma’ Azzopardi li stqarr li d-dikjarazzjoni ta’ Portelli fil-konfront tat-Times kienet ġennata, Puli b’daħqa sforzata imma evidentement skomdu, ħarab milli jwieġeb.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-festi tal-indipendenza, is-Segretarju Ġenerali u sħabu baqgħu jirrifjutaw li jwieġbu għad-domandi ta’ ONE NEWS anke jekk ma kinx hemm aktar mistoqsijiet mill-ġurnalisti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend