Tnaqqis fid-depożitu ta' ħlas għall-garanzija personali għat-tlett irġiel akkużati li għamlu bomba taħt karozza fil-Fgura | One News

Notifiki

Tnaqqis fid-depożitu ta’ ħlas għall-garanzija personali għat-tlett irġiel akkużati li għamlu bomba taħt karozza fil-Fgura

Lorenzo Callus kif ukoll Paul u Jonathan  Farrugia li jinsabu akkużati li għamlu bomba taħt karozza fil-Fgura f’Jannar li għadda. Riċentament huma ingħataw il-ħelsien mill-arrest mill-Imħallef Antonio Mizzi wara li wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom fosthom ta’ attentat ta’ qtil fil-konfront ta’ Mario Scicluna u Elaine Galdes.  Minkejja li ngħataw il-ħelsien mill-arrest, oriġinarjament dan seta jsir bi ħlas ta’ garanzija personali ta’ €70,000, b’depożitu ta’ 30,000 ewro. Id-depożitu tnaqqas għal €20,000.  Dan hekk kif l-imputati pprezentaw rikors il-Qorti li m’għandhomx il-mezzi biex jiddepożitaw u għalhekk intlaqat it-talba għal tnaqqis b’€10,000.

Għall-imputati qed jidhru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend