Sebgħa jmutu wara ħabta frontali fl-Amerika | One News

Notifiki

Sebgħa jmutu wara ħabta frontali fl-Amerika

Ħabta bejn Trakk u karozza tal-linja ħalliet madwar sebgħa mejta u għexieren feruti.

Il-każ seħħ il-Ħamis f’highway qrib il-belt ta’ Thoreau f’New Mexico.

Uffiċjali qalu li l-għadd ta’ persuni mejta mistenni jiżdied minħabba li fuq tal-linja kien hemm madwar ħamsin persuna.Xhieda fuq il-post iddeskrivew ix-xena bħala waħda terribbli fejn raw il-passiġġieri mejta u oħrajn jissieltu biex jippruvaw isalvaw minn ġol-karozza tal-linja.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet li dan l-inċident seħħ wara li splodiet rota fuq wara tat-trakk, bir-riżultat li bosta pesuni tilfu ħajjithom.

Il-kumpanija tal-karozza tal-linja esprimiet id-dieqa tagħha għall-qraba tal-vittmi fejn sostniet li se tkompli tagħtihom l-għajnuna meħtieġa.

F’dawn il-ġranet madwar 35 miljun Amerikan ikunu qegħdin jivvjaġġaw lura lejn darhom wara l-btajjel tas-sajf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend