Poloz Champions League: Tispikka l-logħba bejn Juventus u Man. Utd | One News

Notifiki

Poloz Champions League: Tispikka l-logħba bejn Juventus u Man. Utd

Hekk kif ilbieraħ filgħaxija telgħu l-poloz tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, dalgħodu ħafna Maltin fuq il-postijiet tax-xogħol, pjazez u forsi f’xi kafeterija jew bar qamu jiddiskutu l-aktar konfronti li spikkaw.

Ħafna tkellmu dwar Grupp H għaliex fih hemm fost l-oħrajn Juventus u Manchester United. Minn qam jitkellem dwar il-grupp diffiċli li għandhom Liverpool, Grupp C,  li mar-reds hemm PSG u Napoli u minn tkellem dwar l-isfida iebsa li teżisti fi Grupp B għaliex fih iridu jilagħbu kontra xulxin Barcelona, Tottenham, PSV u Inter.

L-inkeja ma naqsitx u kull minn għandu għal qalbu xi tim partikolari, żgur li prova jiġbed saqajn il-kollega tiegħu jew dak li miegħu kien qed jieħu kafè.

Il-gruppi huma dawk:-

Grupp A – Atletico Madrid, Borussia Dortmund, Monaco, Club Bruge
Grupp B – Barcelona, Tottenham Hotspur, PSV Eindhoven, Inter
Grupp C – Paris St Germain, Napoli, Liverpool, Red Star Belgrade
Grupp D – Lokomotiv Moscow, Porto, Schalke, Galatasaray
Grupp E – Bayern Munich, Benfica, Ajax, AEK Athens
Grupp F – Manchester City, Shaktar Donetsk, Lyon, Hoffenheim
Grupp G – Real Madrid, Roma, CSKA Moscow, Viktoria Plzen
Grupp H – Juventus, Manchester United, Valencia, Young Boys

L-ewwel logħbiet jibdew fit-18 u d-19 ta’ Settembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend